Tard l-Erbgħa filgħaxija intlagħbet il-finali tal-individwali tal-Kampjonat tad-Dinja tal-Pool li qed isiru fil-Marokk bil-plejer Malti Clayton Castaldi rebaħ il-finali kontra l-Ingliż Josh Cane 11 – 9 biex b’hekk ġie dikjarat bħala ċ-ċampjin tad-dinja.
Castaldi ilu konsistenti fil-logħob tiegħu sa mill-bidu ta’ dawn lis-stess kampjonati u ma kienitx sorpriża li wasal sal-finali. Fis-semi finali tal-bieraħ Castaldi rebaħ kontra Richard Gifford ta’ Wales wara rimonta qawwija. Filfatt il-plejer Malti kien saħansitra qed jitlef 4 – 0 biex eventwalment rebaħ 10 – 9.
Dan huwa suċċess doppju għal kontinġent Malti wara li t-Tlieta filgħaxija anke t-tim Malti taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tmintax -il sena rebaħ il-kampjonati mondjali tal-kategorija tagħhom.