Ir-rappreżentanza Maltija fil-kampjonati mondjali tal-Pool li qedin issiru f’Agadir l-Marrok, kompliet tikseb aktar riżultati sodisfaċenti.
Clayton Castaldi kiseb rebha konvincenti ta’ 8-4 fuq Zak Shepherd ta’ Wales biex issa kiseb post fil-kwarti tal-finali tal-kampjonati individwali. Castaldi ikun impenjat fil-kwarti tal-finali kontra Hilton Patel tal-Indja fit-15.30 ħin lokali.
Fil-kompetizzjoni Team Shootout it-tim Malti tal-irġiel kiseb rebħa ta’ 5-4 fuq Reunion Islands biex ikkwalifika għas-semi finali.
It-tim Malti taż-żagħżagħ ta’ taħt it-tmintax il-sena beda l-logħob tat-tieni fażi tal-gruppi u kiseb rebħa tajba ta’ 9-6 fuq l-Awstralja biex issa telgħa jokkupa l-ewwel post tal-klassifika.