Il-Ħadd filgħaxija ġew uffiċjalment fit-tmiemhom il-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-19 il-sena li saru f’pajjiżna bil-finali bejn l-Italja u l-Portugall.
Wara fażi ta’ studju fl-ewwel fażi tal-partita, l-Italja marru fil-vantaġġ fil-19 il-minuta minn kross ta’ Hasa u bir-ras l-attakant Michael Kayode għeleb lill-goalkeeper Ribeiro għal 1 – 0.
Il-Portugall pruvaw jagħmlu reazzjoni speċjalment fit-tieni taqsima fejn kellhom iżjed minn dak li hu pussess madanakollu, l-Italja kienu fil-kontroll ta’ kull sitwazzjoni li ġiet għalihom biex irnexxilhom jżommu l-gowl vantaġġ skorjat fl-ewwel taqsima sat-tmiem biex ġew dikjarati ċampjins ta’ dan il-Kampjonat li kien organizzat b’suċċess f’paajiżna.
Ritratt: UEFA.com