Il-Kampjonati BOV Bowling taż-zgħażagħ spiccaw fi tmiem il-gimgha, fejn bla dubju spikkat it-taqtigħa fil–kategorija tas-subien ta’ taħt it-23 sena. Is-sitta li kkwalifikaw għall–aħħar fażi kienu Nicholas Muscat, Matthew Magro, Edward Xuereb, Dylan Santillo Dwayne Zahra u Kurt Attard. Wara r-rawnd robin, Muscat, Magro u Xuereb renexxielhom izommu l-ewwel tlett postijiet.
Xuereb spicca gheleb lil Magro biex b’hekk wasal ghall-finali kontra Muscat.
L–ewwel loghba intrebħet minn Xuereb, 267-202, biex sforza decider. Din kienet logħba ferm viċina tant li spiċċat fi draw ta 235-235! B’hekk kellna naraw roll off ghall-ewwel darba f’dawn
il-kampjonati, b’Muscat fl-aħħar jirnexxielu jirbaħ meritatament hekk kif spiċċa bi tlett strikes wara xulxin.
Sara Xuereb kienet fi klassi għaliha fil-kategorija ta taħt it–23 sena, hekk kif ghelbet lill-oħtha Raquel fil–finali, biex rebhet it-titlu għas-7 sena konsekuttiva.
Il-kampjonat tas-subien ta taħt is-16 il-sena intrebaħ wkoll minn Muscat, quddiem Edward Xuereb and Dwayne Zahra. Muscat huwa l-ewwel żagħżugħ Malti li rebaħ iż-żewg titli ta’ taħt
is-16 u ta’ taħt it-23 sena fl-istess ħin.
Fis-sezzjoni ta taħt is-16 il-sena tat-tfajliet, Ruslana Grima żammet it-titlu li rebħet is-sena l-oħra biex spiccat quddiem Kathryn Fenech u Mia Bugeja, filwaqt li fil–kategorija ta taħt it-tnax–il sena,
Kayden Lagana and Karlise Bartolo rrepetew ir-rebħa tas-sena l-oħra. Lagana spicca quddiem Nicolai Mallia u Kieran Seguna, b’Bartolo tegħleb lil Celianne Micallef u lill-Bugeja.
Ernest Agius, Chief Officer fi ħdan il-Bank of Valletta u Paul Baldacchino, President tal-Malta Tenpin Bowling Association ippreżentaw it-trofej liċ-champions il-ġodda. L-appoġġ tal-Bank of Valletta għall–MTBA tifforma parti mill-impenn tal-Bank lejn il-Komunità li fiha jopera.