L-Assoċjazzjoni Sport Mutur u Karozzi kkanċellat il-kampjonat tal-MotoCross minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tal-korsa wara l-maltemp.
Kawża tal-maltemp, L-uffiċjali ma setgħux jiffinalizzaw ix-xogħol fuq il-korsa tal-karozzi, minkejja li l-Assoċjazzjoni ġabet f’pajjiżna espert fil-bini tal-korsa tal-Motocross.
Kampjonat ieħor, tal-Autocross, ukoll kellu jibda għada, iżda minflok se jibda l-Ħadd 11 ta’ Diċembru. L-Assoċjazzjoni spjegat li l-kampjonat tal-Motocross se jibda fuq korsa ġdida ddisinjata minn Angelo Chinquemani li huwa espert f’dan il-qasam.