It-team nazzjonali Malti ta’ taħt is-16-il sena tilef il-logħba tiegħu mir-round tal-aħħar sittax tal-kampjonat tad-dinja tal-waterpolo meta safa’ megħlub mit-Turkija bl-iskor ta’ 13-8.
It-team malti, immexxi mill-kowċ Anthony Farrugia, ta sfida denja lill-avversarji u kellu wkoll il-mumenti tiegħu.
L-ewwel sessjoni intrebħet mit-Turkija 2-0, bl-avversarji jirbħu wkoll it-tieni sessjoni 3-1.
Reazzjoni maltija fit-tielet sessjoni li ġiet mirbuħa minn Malta 4-3. Kumbattuta l-aħħar sessjoni li ġiet mirbuħa mit-Turkija 5-4.
L-impenji tal-plejers maltin fil-Greċja issa xorta jkomplu fil-logħob ta’ klassifikazzjoni għall-pożizzjoni ta’ bejn it-8 u s-16 -il post fid-dinja.
Minkejja t-telfa tal-lum, il-bilanċ tal-parteċipazzjoni maltija f’dan il-kampjonat huwa wieħed pożittiv hekk kif fl-ewwel round saħansitra irbaħna l-grupp meta għelibna t-timijiet tal-Istati Uniti u l-Każakistan.