It-team nazzjonali malti tal-waterpolo U16 kellu rebħa kbira u konvinċenti ta’ 22-8 kontra l-Messiku hekk kif il-ġimgħa filgħaxija beda l-logħob mill-klassifikazzjoni tal-Kampjonat tad-Dinja.
It-team malti, immexxi minn Jonathan Valletta, aċċerta ruħu minn post fost l-aqwa 24 team fid-dinja.
Il-maltin rebħu s-sessjonijiet kollha, rispettivament 5-3, 7-2, 4-1 u 6-2.
L-iskorers għal Malta kienu: Max Lanzon 4 goals, Andre’ Aquilina 4 goals, Shailon Cutajar Casha 4 goals, Sam Engerer 4 goals, Jack Pawley Neame 2 goals, Sean Mifsud 2 goals, Thomas Fenech 1 goal u Miguel Cassar 1 goal.
It-team malti issa jerġa jkun fl-azzjoni s-sibt fis-7pm b’logħba kontra l-Afrika t’Isfel fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq.
(Photo Credit: Timmy Cutugno)