Il-Kampjonat tar-Road organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu spiċċa nhar il-Ħadd 14 ta’ Lulju 2019 bit-tielet u l-aħħar tiġrija fuq iċ-ċirkwit twil ta’ għaxar kilometri f’tal-Maqluba, Qrendi u Żurrieq. Antoine Magaud u Marie Claire Aquilina rebħu l-kategoriji prinċipali tal-Elite.
Fil-fatt fil-kategorija Elite, l-Franciz Antoine Magaud ta’ Islington Cycling Club għamel l-għaxar dawriet tiegħu f’ħin ta’ 2:32:02.78. Fit-tieni post spiċċa wara tiġrija sabiħa għalih, Clive Bugeja ta’ Mosta AF Sign Studio CC li spiċċa f’ħin ta’ 2:32:30.25. It-tielet daħal Clive Ebejer tat-Team Greens CC f’ħin ta’ 2:34:28.43.
Marie Claire Aquilina tat-Team Greens CC spiċċat għal darb’oħra l-ewwel fil-kategorija Feminili meta għamlet is-seba’ dawriet tagħha f’ħin ta’ 1:55:37.11. Hija kienet segwita minn ċiklista oħra tat-Team Greens CC, Lara Buttigieg li temmet it-tiġrija tagħha f’ħin ta’ 1:55:51.57. Margaret Seguna ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċat fit-tielet pożizjoni f’ħin ta’ 2:04:16.12.
L-Għawdxi Joseph Mifsud ta’ Gozo CC rebaħ il-Kategorija tal-Under 23 meta spiċċa l-għaxar dawriet tiegħu f’ħin ta’ 2:51:00.88. Warajh daħlu rispettivament Carl Xuereb ta’ Mosta AF Sign Studio CC (2:52:49.08) u Isaac Spiteri ta’ The Cyclist CC (2:58:18.32).
Luke Borg ta’ The Cyclist CC rebaħ il-Kategorija tal-Juniors meta spiċċa t-tmien dawriet tiegħu f’ħin ta’ 2:13:44.55. Warajh spiċċaw rispettivament żewġ ċiklisti ta’ Mosta AF Sign Studio CC, Clyve Chetcuti (2:17:30.35) u Nikol Micallef (2:17:33.71).
Il-Kategorija tal-Masters 40+ intrebħet minn Antoine Sultana ta’ The Cyclist CC li għamel is-seba’ dawriet f’ħin ta’ 1:55:32.40. Nicholas Schembri ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċa t-tieni f’ħin ta’ 1:55:32.48 u Ramon Grech ta’ Agones SFC daħal it-tielet f’ħin ta’ 1:55:48.86.
Il-Kategorija tal-Masters 50+ intrebħet minn Peter Horton ta’ The Cyclist CC li għamel il-ħames dawriet tiegħu f’ħin ta’ 1:20:33.90. Kevin Muscat ta’ Mosta AF Sign Studio CC daħal it-tieni f’ħin ta’ 1:22:04.83, filwaqt li t-tielet spiċċa Joseph Micallef tat-Team Greens CC f’ħin ta’ 1:22:44.70.
Il-Kategorija tal-Under 16 tas-Subien intrebħet mill-Għawdxi Darren Sultana ta’ Gozo CC li temm l-erba’ dawriet tiegħu f’ħin ta’ 1:09:36.68. Warajh spiċċaw rispettivament żewġ ċiklisti ta’ Mosta AF Sign Studio CC, Jacob Schembri (1:09:47.21) u Matthew Galea Pirotta (1:09:54.37). Kristina Spiteri ta’ The Cyclist CC rebħet l-istess Kategorija, dik Feminili f’ħin ta’ 1:12:23.15.
Il-Kategorija tal-Under 14 tas-Subien intrebħet minn Jaeken Galea ta’ Mosta AF Sign Studio CC li għamel it-tliet dawriet tiegħu f’ħin ta’ 53:47.58. Warajh spiċċaw Miguel Galea ta’ The Cyclist CC (57:02.88) u Luca Vella ta’ B’Kara St.Joseph SC (58:32.07). Hannah Dandria ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebaħ l-istess Kategorija, dik tat-Tfajliet f’ħin ta’ 1:12:36.25.
Wara t-tlielaq, John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali rispettivament tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu qassmu l-medalji lir-rebbieħa kollha tad-diversi kategoriji.
It-tiġrija li jmiss hija skedata għal nhar il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019 u se tkun it-tieni waħda tal-Kampjonat tat-Time Trial fil-Bypass tal-Mtarfa, bil-bidu tagħha jkun fis-7.30am.