Rebħa sofferta iżda importanti għal Hamrun waslet għal vantaġġ ta’ erba’ punti f’ras il-klassifika wara li kemm Gżira u anke Birkirkara fallew milli jieħdu l-massimu tal-punti.
Fl-ewwel partita mit-tmien ġurnata rajna lill-Sirens u Żebbug R. jieħdu punt kull wieħed f’logħba mill-isbaħ u li offriet xejn anqas minn sitt gowls. Wara li Żebbuġ fetħu vantaġġ ta’ 3 – 1, Sirens għamlu rimonta mill-aqwa sabiex mhux biss ġabu d-draw iżda kienu viċin it-tlett punti madankollu l-konfront intemm fid-draw ta’ 3 – 3.
Is-sibt kellna tlett rebħiet identiċi; kollha ta’ 2 -1 bit-timijiet ta’ Hamrun, Hibernians u St. Lucia jerbħu għas-spejjes ta’ Mosta, Gudja u Pieta.
Minkejja l-sfida qawwija li offrew Mosta, Hamrun xorta ħarġu fuq in-naħa rebbieħa biex komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom. Anke Hibernians, minkejja li kienu gowl minn taħt lis-stilla tagħhom Jurgen Degabrielle żamm l-appuntament tiegħu mal-gowl b’doppjetta li waslet għat-tlett punti. Min naħa l-oħra St. Lucia akkwistaw l-ewwel tlett punti tal-istaġun meta kontra Pieta ħadu l-massimu tal-punti.
Diżżapuntanti kienu d-draws ta’ mingħajr gowls bejn Gżira u Valletta kif ukoll Balzan kontra Floriana, liema draws ftit li xejn sewwa għal erba timijiet.
Marsaxlokk irreġistraw rebħa importanti meta kontra Birkirkara, f’partita li kienet ikkaraterizzata minn ħafna nervożiżmu, rebħu b’gowl fl-aħħar sekondi tal-konfront.
Ritratt: Mark Mangion