It-Tnejn filgħaxija ġiet fit-tmiemha s-seba ġurnata mill-Kampjonat Premier bit-tielet riżultat pożittiv għal Marsaxlokk meta kontra wieħed mis-sorpriżi tal-Kampjonat s’issa, Gudja United, huma ħarġu rebbieħa 2 – 1. Marsaxlokk marru fil-vantaġġ permezz ta’ Aguirre ma’ kważi siegħa logħob b’Kristian Keqi jagħmilhom 2 – 0 fil-71 minuta. Ħames minuti biss wara Selemani naqqas id-distakk għal Gudja.
Fil-partita tal-ġimgħa Birkirkara u Hamrun kellhom jikkuntentaw bid-draw ta’ mingħajr gowls meta ż-żewġ settijiet ta’ timijiet ma’ rnexxilhomx jissuperaw lid-difiżi rispettivi minkejja numru ta’ okkażżjonijiet ta’ skor. Minn dan id-draw gwadanjaw Gżira United meta f’partita oħra interessanti għelbu lill Floriana 1 – 0 biex b’hekk telaw jaqsmu t-tieni post tal-klassifika ma’ Birkirkara, żewġ punti biss taħt il-leaders Hamrun.
Rebħa importanti r-reġistraw Mosta meta kontra Valletta rebħu 3 – 1 biex tellaw fis-seba post tal-klassifika b’total ta’ 11 il-punt u ħallew lill Valletta fl-għaxar post b’ħames punti.
F’partiti oħra minn din lis-stess ġurnata; Pieta ħadu l-ewwel punti tal-istaġun meta kontra Żebbuġ Rangers rebħu 1 – 0 filwaqt li Hibernians ġew minn wara biex għelbu lill-ġirien Santa Lucia 3 – 2 biex issa telaw fil-ħames post flimkien ma’ Balzan li min naħa tagħhom ġew miżmuma fid-draw ta’ 0 – 0 minn Sirens.