Il-Ħadd filgħaxija ġiet fit-tmiem it-tielet ġurnata tal-Kampjonat Premier fejn s’issa, wara tlett logħbiet huma biss Birkirkara FC li ħadu l-punti massimi ghalkemm Hamrun Spartans lagħbu partita anqas u jekk jerbħu kontra Marsaxlokk nhar il-Erbgħa jitilaw fl-ewwel post ukoll.
Fl-erba logħbiet tas-Sibt Birkirkara FC, Gudja United u Zebbug Rangers hadu tlett punti kull wieħed filwaqt li Valletta u Sirens kellhom jikkuntentaw b’punt kull wieħed.
Kevin Tulimieri kien l-plejer li għamel id-differenza fil-konfront bejn Birkirkara u Floriana b’dawn tal-aħħar isofru l-ewwel telfa staġjonali. Riżultat importanti kisbuħ Gudja United meta għelbu lil Balzan 1 – 0 biex b’hekk irreġistaw it-tieni rebħa staġjonali u taw l-ewwel telfa lil Balzan.
Il-promossi Żebbug Rangers irreġistraw l-ewwel rebħa meta kontra Santa Lucia rebħu 2 – 0 b’dawn tal-aħħar jibqaw bla ebda punt wara tlett ħarġiet.
La Valletta u anqas Sirens ma setaw isibu x-xibka avversarja matul il-konfront ta’ bejniehtom u għalhekk Thane Micallef u Winston Muscat kellhom jikkuntentaw bid-draw.
Lis-stess ġara fil-konfront bejn Gzira United u Marsaxlokk b’dawn tal-aħħar jerbħu l-ewwel punt tal-istaġun filwaqt li għal Gżira dan kien it-tieni draw konsekuttiv.
L-akbar rebħa tal-ġimgħa irreġistrawa Hibernians meta kontra Mosta skorjaw ħamsa b’Jurgen Degabrielle jispikka b’hat-trick.
Fid-derby bejn Hamrun Spartans u Pieta Hotspurs, l-Spartans rebħu b’mod komdu meta żewġ gowls fl-ewwel taqsima kienu biżżejjed biex jerbħu u jikkontrollaw il-kumplament tal-konfront.