It-tnejn filgħaxija ġiet fit-tmiema t-23 ġurnata tal-Kampjonat Premier Malti bl-aktar timijiet fic-Championship Pool li jigwadanjaw ikunu Birkirkara u Hamrun Spartans li approfitaw miż-żelqa ta’ Hibernians u Floriana sabiex komplew jnaqsu d-distakk ma’ ta’ fuq.
It-23 ġurnata bdiet is-Sibt bil-konfront bejn Sirens u Vallettta b’dawn tal-aħħar jerbħu b’mod konvinċenti 3 – 0, logħba li m-materjalizzat fit-tieni taqsima fejn ġew skorjati t-tlett gowls li bihom ħadu r-rebħa t-tim Belti.
Il-Ħadd kienu Gżira United li għelbu lil Floriana 1 – 0 bil-gowl waħdieni jiġi skorjat wara kwarta logħob minn Toni Kolega.
It-Tnejn intlagħbu erba’ logħbiet b’Sliema jirreġistraw rebħa importanti ta’ 1 – 0 meta għelbu lil Mosta b’gowl ta’ Matteo Picciolo mas-siegħa logħob. Din ir-rebħa tista tagħti xaqq ta’ dawl fit-tentattiv ta’ Sliema sabiex jsalvaw posthom fil-Kampjonat Premier. Mir-relegation pool kellna r-rebħa importanti wkoll ta’ Santa Lucia li għelbu lil Balzan 3 – 0 u tefaw lis-stess Balzan f’aktar periklu.
Rebħa importanti akkwistawa Hamrun Spartans li għelbu lil leaders Hibernians 2 – 1. Wara li kien Darko Gojkovic li fetaħ l-skor fil-35 minuta, żewġ minuti biss wara Gabriel Artilles reġa gab kollox indaqs biex l-skor sat-tmiem l-ewwel taqsima kien dak ta’ 1 – 1. Għoxrin minuta mit-tmiem Hamrun ingħataw penalty lil minnhu Fayssal El-Bakhtaoui ma falliex għal skor finali ta’ 2 – 1.
Anke Birkirkara r-reġistraw rebħa importanti ta’ 3 – 0 kontra Gudja United. Birkirkara fil-vantaġġ wara 18 il-minuta permezz ta’ Kilian Bevis b’Luke Montabello jagħmilhom tnejn erba minuti biss wara. Ma ftit aktar minn siegħa logħob Bevis skorja t-tielet gowl tal-partita u t-tieni wieħed personali.
Ritratt: MFA