Il-Ħadd wara nofsinhar ġiet fit-tmiemha l-għaxar ġurnata tal-Kampjonat Premier Malti bil-partita bejn Hamrun u Balzan bl-Spartans jieħdu dak li riedu, tlett punti minkejja b’gowl wieħed biss. Dan ifisser li Hamrun għadhom qed jgawdu vantaġġ ta’ seba punti fil-quċċata tal-klassifika fuq Gżira United li min naħa tagħhom għelbu lil Mosta nhar il-Ġimgħa 2 – 0.
Fil-partita tal-ġimgħa Hibernians u Birkirkara ħadu punt kull wieħed fid-draw ġust ta’ 1 – 1 biex b’hekk iż-żewġ timijiet qedin jaqsmu t-tielet post b’18 il-punt.
Rebħiet importanti oħra matul l-ġurnata tas-Sibt r-reġistrawhom Sirens u Floriana li kontra Gudja United u St. Lucia rebħu 2 – 0 u 1 – 0 rispettivament. Marsaxlokk reġaw ġew miżmuma fid-draw ta’ 1 – 1 din id-darba minn Pieta filwaqt li Valletta ħallew għal aħħar għoxrin minuta tal-konfront sabiex għelbu lil Żebbuġ Rangers.
Ritratt: Hamrun Spartans FC Media