Hekk kif fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet beda l-Kampjonat Premier Malti, ħames timijiet irnexxilhom jakkwistaw il-massimu tal-punti fl-ewwel ħarġa tagħhom.
Fl-ewwel żewġ logħbiet tal-ġimgħa Birkirkara FC u Balzan FC irnexxilhom jegħlbu lill-Sirens FC u l-promossi Żebbuġ Rangers FC 2 – 0 u 3 – 1 rispettivament. Gowls fit-tieni taqsima minn Alex Da Paixao Alves u Denis Ribeiro kienu biżżejjed għal stripes biex jakkwistaw l-ewwel tlett punti tal-istaġun. Balzan irnexxilhom jiskorjaw tlett darbiet kontra Żebbug bl-eroj il-ġdid ikun Angel Torres li skorja hat-trick. Għal Żebbuġ naqqas id-distakk Charles Lokoli.
Is-Sibt kien imiss lil Gżira United FC, Gudja United FC u Floriana FC li jirreġistraw rebħa kull wieħed għas-spejjes ta’ St. Lucia FC, Mosta FC u Pieta Hotspurs FC rispettivament.
Gżira komplew fejn ħallew fil-kompetizzjoni Ewropeja b’prestazzjoni tajba li waslet għat-tlett punti. Maia fetaħ l-skor ftit inqas minn kwarta logħob b’Jefferson De Assis ma’ jiżbaljax mal-għoxrin minuta għal 2 – 0. Santa Lucia naqsu d-distakk permezz tal-akkwist il-ġdid Miguel Angel Alba iżda l-maroons baqaw l-aħjar tim u De Assis seba minuti minn tmiem l-ewwel taqsima ma’ żbaljax għal 3 – 1, liema skor baqa’ lis-stess sat-tmiem.
Gudja għelbu lil Mosta 2 – 1. Samuel Gomes da Mata poġġa lil Gudja fil-vantaġġ sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima bil-Mostin jirrispondu wara ħames minuti fit-tieni taqsima permezz ta’ Geoffrey Acheampong. Fil-78 minuta kien l-akkwist il-ġdid Vito Plut li d-depożita l-ballun fix-xibka għal 2 – 1.
Żewġ gowls fl-ewwel taqsima kienu biżżejjed għal Floriana sabiex jegħlbu lil Pieta 2 – 0. Wara tnax il-minuta ġirja u konklużjoni sabiħa ta’ Veselji poġġiet lill-greens fil-vantaġġ u mal-25 minuta Floriana ingħataw penalty għal fowl fuq Trillo b’El Hasni mill-ħdax il-metru ma’ jfallix.
Fl-uniku logħba tal-Ħadd, Valletta FC u Hibernians FC ħadu punt kull wieħed fid-draw ta’ 1 – 1.
Il-gowls kollha waslu fit-tieni taqsima. Shaun Dimech ma’ falliex ftit qabel is-siegħa logħob għal Valletta liema vantaġġ dam biss erba’ minuti għaliex Llerena Bravo ġab id-draw għaċ-ċampjins Hibernians FC.
Il-konfront bejn Hamrun u Marsaxlokk li kien parti mill-ewwel ġurnata ġie pospost minħabba l-impenji ewropej tal-Spartans.