Fl-ewwel assemblea ġenerali tal-MFA li saret il-Ħamis filgħaxija ġiet approvata l-mozzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Kampjonat Premier mill-istaġun 2024 / 2025 wara diskussjonijiet bejn l-stakeholders kollha tal-futbol Malti.
Mill-istaġun 2024 / 2025 in-numru ta’ timijiet jikkompettu fil-Kampjonat Premier se jkun qed jitnaqqas minn 14 il-tim għal 12 il-tim. Minn issa l-quddiem se jibdew id-diskussjonijiet f’livelli tal-kumitati tal-kompetizzjonijiet biex jiġi determinat il-mod ta’ kif se isiru l-promozzjonijiet u r-relegazzjonijiet neċessarji sabiex il-Kampjonat Premier jkun kompost minn 12 il-tim, ic-Challenge League minn 16 il-tim filwaqt li l-Kampjonat Amateur ikun kompost minn 25 tim.
Waqt lis-stess laqgħa ġie approvat ukoll ir-rapport finanzjarju għas-sena 2022. In-nefqa matul is-sena li għaddiet kien ta’ ftit aktar minn 11 il-miljun ewro filwaqt li d-dħul kien ta’ 9.43 miljun ewro. Ivan Mizzi, teżorier tal-stess MFA, qal li d-differenza kienet antiċipata minħabba n-nuqqas ta’ dħul kawżat mill-pandemija fit-tlett staġuni preċedenti.
Minkejja li l-MFA qed taħdem sabiex jiġu limitati l-spejjeż, l-proġetti li għanda xorta għaddejjin b’ritmu tajjeb speċjalment l-proġett fis-settur tekniku, ċ-Ċentru Tekniku ġdid kif ukoll it-training grounds tal-MFA.
Intant Mark Tanti ġie approvat bħala membru tal-bord eżekuttiv tal-MFA f’isem ic-Challenge League. Tanti se jkun qed jieħu post Joe Gauci li r-riżenja iżjed kmieni din is-sena.
Dr Ronald Cuschieri mill-ġdid ġie appuntat bħala Chairman tal-bord tal-appelli tal-MFA minflok l-Imħallef Emeritu Joe Azzopardi.