Bdiet it-tielet edizzjoni konsekuttiva tal-kampjonati tad-dinja tal-World Martial Kombat Federation f’Malta.
F’dan il-kampjonat qed jipparteċipaw iktar minn 200 atleta minn 21 pajjiż differenti.
Sakemm jiġu fi tmiemhom il-kampjonati għada l-Ħadd, l-atleti ser jikkompetu fi tnax -il dixxiplina tal-arti marzjali differenti. Il-kompetizzjoni qiegħda ssir fil-kumpless sportiv tal-Kottonera.