Ġew fi tmiemhom it-tmien l-logħbiet tal-aħħar 16 tal-Kampjonat Ewropew li issa jiġi fi tmiemu għada. L-uniku Malti li kien fadal fil-kompetizzjoni, Alex Borg, ma żamm l-ebda forma li kellu matul din il-ġimgħa tant li ġarrab telfa ta’ 4-0.
L-avversarju tiegħu illum kien player ta’ 25 sena mill-Latvja, Rodion Judin, li l-bieraħ u llum kien f’forma eċċellenti u dan jixdhu anke’ r-riżultati li kiseb. Fil-fatt huwa kien l-uniku player li issa wasal sa ma l-aħħar tmienja meta l-bieraħ ried jilgħab u jirbaħ tliet partiti. Fil-fatt dan it-tragward laħqu peress li fir-round preliminari għeleb lil Nadav Biton tal-Iżrael 4-0, fir-round tal-aħħar 64 kiseb skor identiku ta’ 4-0 kontra l-Ingliż Martin O’Donnell u aktar filgħaxija elimina lil Ingliż ieħor Patrick Whelan bl-iskor 4-2.
Dalgħodu kien f’vena mill-aqwa u għeleb lill-plejer malti, tant li mill-ewwel frame kiseb żewġ breaks, wieħed ta’ 57 punt u ieħor ta’ 54 punt u għalaq dan il-frame inizjali bi skor ta’ 111-0 u fi ftit ħin wara għalaq it-tieni frame 62 għal 9. Fit-tielet frame Borg ipprova jibni ftit punti vantaġġ iżda kif Judin ingħata iċ-ċans għamel break ta’ 58 u għalaq il-frame 92 għal 47. Ir-raba’ frame li kellu eventwalment jkun l-aħħar frame tal-logħba, l-player tal-Latvja għal darb’oħra kien preċiż u rebaħ il-frame 66-1 u għalaq il-konfront.
Fil-logħbiet l-oħra ta’ din il-fażi r-riżultati kienu dawn Florian Nüßle (Awstrija) tilef kontra Shachar Ruberg (Iżreal) 1-4, Ross Muir (Skozja) rebaħ kontra Heikki Niva (Fillandja) 4-2, Robin Hull (Fillandja) rebaħ lil Jack Bradford (Wales) 4-2, Liam Graham (Skozja) tilef kontra Harvey Chandler (Ingilterra) 1-4, Bulcsú Révész (Ungerija) tilef ma Ross Bulman (Irlanda) 3-4, Ashley Carty (Ingilterra) tilef Michael Collumb (Skozja) 1-4 filwaqt li Brendan O’Donoghue (Irlanda) għeleb lil Iulian Boiko (Ukranja) 4-0. Kemm ċ-Champion Ewropew ta’ Taħt it-18-il-sena, Bulcsú Révész u anke’ ċ-Champion ta’ Taħt il-21 sena, Liam Graham.
Illejla għafddejja l-Kwarti Finali fejn Shachar Ruberg (Iżreal) jilgħab kontra Ross Muir (Skozja), Robin Hull (Fillandja) kontra il-player li rebaħ lil Alex Borg, Rodion Judin (Latvja), Harvey Chandler (Ingilterra) kontra Ross Bulman (Irlanda) u Michael Collumb (Skozja) kontra Brendan O’Donoghue (Irlanda). Din il-fażi għal darb’oħra tintlagħab fuq l-aħjar minn seba’ frames.