Min kienu s-sorpriżi tal-Kampjonat BOV Premier issa li għadda kwart minnu? Min iddeluda l-iżjed? Bħalma jiġri kull sena, l-Kampjonat BOV Premier offra diversi spunti li forsi ma kinux mistennija s’issa sew fil-pożittiv u sew fin-negattiv li f’ dan l-artiklu qasir aħna t’ ejjaBET.com ser niddiskutuh magħkom.
Min kien qed jistenna lil Sliema Wanderers fil-quċċata tal-Klassifika s’ issa? It-tim tal-President Jeffrey Farrugia, rnexxielu jissorprendi lil kulħadd u attwalment jinsab f’ ras il-klassifika wara diversi wijriet solidi u fuq kollox konsistenti. Jean Paul Farrugia attwalment huwa l-ispirazzjoni tat-tim hekk kif b’ disa’ gowls, saħansitra jinsab qed imexxi l-klassifika tal-Aqwa Skorers. Il-pressjoni issa ser tkun fuq il-Blues hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin ser jiltaqgħu ma’ Ħamrun Spartans, Floriana u Valletta, avversarji li żgur għad iridu jgħidu tagħħom fir-rebħ tal-Kampjonat.
Xi ngħidu fuq il-bidu pożittiv li kellhom Gudja United din is-sena? Il-Gudjani ħasdu lil diversi timijiet bir-riżultati pożittivi li ġabru s’issa. Dawn jinkludu rebħa ta’ 2-1 fuq l-stess Sliema Wanderers u dro’ ta’ mingħajr gowls kontra Valletta. Kapaċi Jesmond Zammit iżomm lill-Gudjani fl-ogħla postijiet u forsi -l quddiem narawhom anke fit-taqtiegħa għal xi post fl-Ewropa bħalma irnexxilhom jagħmlu Sirens s-sena li għaddiet?
L-istess ħaġa nistgħu ngħidu fuq Żejtun Corinthians. Min minnkom stenna li ż-Żwieten ser ikollhom debutt tajjeb tant li jinsabu trankwilli u qrib lejn in-nofs tal-klassiifka? Attwalment it-tim immexxi minn Orosco Anonam għandu disa’ punti u jinsab fil-ħdax -il post. Wirjiet pożittivi kontra Birkirkara u Balzan għenu biex il-Corinthians inqalgħu mill-grupp ta’ qiegħ il-klassifika imma taħsbu li ser ikomplu b’ dan ir-ritmu u jġibu salvazzjoni trankwilla fl-istaġun tad-debutt tagħħom mal-Kbar?
Min stenna li Birkirkara kien ser ikollhom bidu daqshekk ħażin għal dan l-istaġun? Kemm taħsbu li l-pandemija affetwat ħażin lill-iStripes? U taħsbu li ser jirnexxielhom joħorġu mill-ġlieda kontra r-relegazzjoni eventwalment? Il-kowċ Karkariż Andre Paus għandu diversi elementi tajbin fl-iskwadra li żgur jistgħu jgħinuh itella’ t-tim iżjed -il fuq fil-klassifika. Biss, fil-pożizzjoni prekarja li Birkirkara jinsabu fiha bħalissa, ma nistgħu nieħdu xejn bħala dritt dovut. Birkirkara jridu malajr isibu s-soluzzjonijiet biex jevitaw li fl-aħħar tal-istaġun ikunu nvoluti f’xi battalja bla ħsieb kontra r-relegazzjoni.
Li hu żgur, ħbieb tagħna, huwa li s-sorpriżi fil-Kampjonat BOV Premier qed narawhom kull ġimgħa. Aħna t’ ejjaBET.com min-naħa l-oħra qed inwegħdukom li ser nibqgħu noffru l-aqwa kwoti għal dan il-Kampjonat għalhekk inħeġġukom biex tilgħabu magħna b’ mod responsabbli u flimkien insegwu l-andament ta’ BOV Premier League li qed jirriskja li jkun wieħed imprevedibbli iżjed milli forsi ħafna minna konna qed nistennew.