Imnedija kampanja t’għarfien u edukazzjoni kontra batterju li jista jaħkem u jeqred siġar f’pajjiżna.
Din il-kampanja tnediet l-Erbgħa wara nofsinhar mis-Segretarjat għall-agrikultura bl-għan li aktar nies jitgħallmu jevitaw metodi li jistgħu jwasslu għall-introduzzjoni tal-batterju Xylella Fastidiosa f’Malta.
Dan il-batterju jista jattakka sa madwar tlett mitt siġra u li diġa qered siġar fil-pajjiż ġirien tagħna, l-Italja.
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes tkellem dwar il-miżuri u l-pjanijiet li għandhom jittieħdu sabiex in-nies jevitaw li jġibu magħhom dan il-batterju li jgħix f’kontinenti barra mill-Ewropa f’pajjiżna.
Għaldaqstant in-nies huma mħeġġa biex ma jaqbdux u jġibu biċċiet ta’ xtieli u zkuk minn pajjiżi terzi mingħajr ma javżaw l-awtoritajiet konċernati, dan filwaqt li jittieħdu miżuri aktar stretti fost dawk li jimpurtaw pjanti minn dawn il-pajjiżi.