L-Awtorità ghal Bini u l-Kostruzzjoni nediet kampanja ta’ informazzjoni bl-isem ‘Road to Zero-Energy Buildings’. Il-kampanja għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar ir-rwol fundamentali li għandha l-effiċjenza enerġetika fil-bini biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi tagħna.
Din il-kampanja se tkun qed turi kif bini effiċjenti fl-enerġija iwassal sabiex ir-residenti ikollha ħajja aktar komda, b’saħħitha u sostenibbli.
Malta tista tiftaħar li l-binjiet tagħha juri konsum ta’ enerġija komparattivament baxx, minħabba li bħala pajjiż nikkonsmaw l-inqas fl-Unjoni Ewropea u qrib in-nofs tal-medja tal-UE. Madankollu, dan ma jfissirx li l-istokk tal-bini ta’ Malta ma jistax jikkunsidra opportunitajiet ta’ titjib. Għaldaqstant din il-kampanja se tindirizza metodi għal titjib fl-effiċjenza enerġetika fil-bini filwaqt li tinkoraġġixxi r-rinnovazzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda.
Il-Kap Eżekuttiv tal-BCA is-Sur Jesmond Muscat qal li jinsabu eċitati li l-kumpanija BCA se tkompli tiffoka
l-ħidma tagħha lejn kif tista iżżid l-efficjenza tal-enerġija fil-bini.