Fi stqarrija, l-Uffiċju tal-Prim Ministru qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jimbarka fuq kampanja ta’ ħmieġ, illum jgħid bl-iktar mod irresponsabbli, li l-Prim Ministru jiddefendi t-traffikanti tad-droga.
“Il-Prim Ministru mhux se jaqa’ f’dawn il-livelli ta’ politika fejn il-mibgħeda tieħu s-sopravvent fuq il-politika razzjonali fejn l-avversarji politiċi jiddiskutu fuq l-ideat u min imexxi l-aħjar. Ħasra li flok jagħti l-eżempju biex il-politika tibqa’ f’livelli diċenti, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jikkontribwixxi biex il-politika taqa’ fl-agħar livelli possibbli”.
L-istqarrija ttemm tgħid li l-Prim Ministru se jibqa’ jmexxi bil-fatti u bil-ħidma bl-eżempju anke fejn tidħol politika ta’ responsabbiltà.