Il-Fondazzjoni Marigold, għar-raba’ sena konsekuttiva f’Jum San Valentinu, nediet kampanja ġdida biex tqajjem iżjed għarfien dwar l-akbar kawża ta’ mwiet mhux biss f’pajjiżna, iżda madwar id-dinja kolla, jiġifieri l-attakki tal-qalb.
Bil-kontra ta’ kampanji oħrajn, fejn tittratta mard rari, hawnhekk Marigold Foundation kienet preżenti l-Ġimgħa filgħodu fil-Belt, flimkien ma’ numru ta’ kardjologi, biex tispjega kif wieħed għandu jieħu ħsieb saħħtu u speċifikament qalbu.
Michelle Muscat, Chairperson u fundatriċi ta’ Marigold Foundation, qalet li, sfortunatament, il-poplu ma tantx hu mgħarraf dwar is-suġġett u forsi ma jiħux daqstant interess tal-konsegwenzi serji li jeżistu.
“Affarijiet żgħar li nistgħu, kulħadd jista’ jieħu ħsieb ftit, ftit, imma ovvjament irid ikun hemm il-will u jkun hemm ukoll awareness.” – Michelle Muscat, Marigold Foundation
Waqt l-istess konferenza, kull min kien għaddej ġie offrut tuffieħa ħamra b’sinifikat doppju – dak tal-imħabba, imma wkoll biex kulħadd jieħu ħsieb saħħtu, waqt li personalitajiet u koppji ppożaw ma’ qalb ħamra kbira tal-okkażjoni.