Agri Kwalità hija kampanja mnedija li l-għan tagħha huwa li jiżdied l-għarfien dwar il-possibilità ta’ li tippromwovi skemi ta’ Ċertifikazzjoni tal-Prodotti agrikoli kemm mal-konsumatur kif ukoll mal-bdiewa Maltin u Għawdxin.
Taħt il-kappa ta’ din il-kampanja ser jkunu mbuttati tliet skemi partikolari li huma, l-iskema nazzjonali ta’ prodotti ta’ kwalità, il-biedja organika u iċ-ċertifikazzjoni tal-inbejjed, Dok Malta, D.O.K Gozo u I.G.T Maltese Islands.
L-iskema nazzjonali ta’ ‘Prodotti ta’ Kwalità’ hija skema volontarja rikonoxxuta mill-Kummissjoni Ewropea bl-iskop li żżid il-valur ta’ prodotti agrikoli skont livell u speċifikazzjonijiet miftiehma li jikkaratterizzaw il-kwalità superjuri ta’ prodott partikolari.
Il-biedja Organika hija skema amministrata mid-Direttorat tal-Agrikoltura u Dok Malta, D.O.K Gozo u I.Ġ.T Maltese Islands huma tlett ċertifikazzjoni tal-inbid li huma rreġistrati u protetti kemm lokalment kif ukoll mal-Unjoni Ewropeja.
Waqt it-tnedija ta’ din il-kampanja, l-Assistent Direttur għall-Agrikoltura Marco Dimech qal li matul dawn l-aħħar snin srret ħidma bla waqfien sabiex jiġu implementati u jitħaddmu l-liġijiet li jirrikonoxxu, jippromovu u jagħtu valur lill-prodotti agrikoli ta’ kwalità.
Qal, “Aħna nagħrfu li l-konsumaturi u anke nies li huma involuti fis-settur tal-produzzjoni tal-ikel organiku, li hemm standards li jistgħu jintlaħqu li huma aktar ogħla minn dawk li huma permessi mil-liġi.”
Il-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo spjega li l-iskop aħħari tal-Agri Kwalità hu li kemm il-popolazzjoni lokali, kif ukoll ir-residenti barranin li jgħixu fil-gżejjer Maltin jagħrfu d-dedikazzjoni u x-xogħol kollu li jsir sakemm dawk il-prodotti ta’ kwalità finalment jaslu fuq il-mejda tal-ikel.
Spjegat, “Qed iniedu l-kampanja Agri Kwalità fejn l-iskemi kollha li nagħmlu huma bażikament tlieta, iċ-ċertifikazzjoni tal-prodott Malti li rridu nwettqu.”