Ir-Reġjun tal-Punent u l-Malta Girl Guides nedew kampanja kontra d-diversi forom ta’ vjolenza. L-għan ta’ dawn l-inizjattivi huwa li jgħinu jitkissru l-isterjotipi tal-vjolenza, jfakkru s-soċjetà fuq ir-riżultat kiefer tal-abbuż u jgħarrfu l-pubbliku fuq is-sinjali ta’ twissija, miż-żgħir sal-kbir.
Fost dawk preżenti għal-konferenza kien hemm il-President tar-Reġjun, Sandro Azzopardi, li tkellem fuq il-viżjoni li kellu għal din il-kampanja u rringrazzja lill-Malta Girl Guides għas-sehem tagħhom.
“Għamlu awareness session ukoll flimkien maż-żgħażagħ, mal-anzjani, kif ukoll ngħalqu dawn il-awareness sessions kontra l-vjolenza fis-16 days of Activisim f’Novembru li ġej”.
Intant, il Malta Girl Guides se jkunu qed joffru l-għarfien u l-għajnuna tagħhom, fosthom workshops sabiex jiġi missielet iċ-ċiklu ta’ vjolenza.