L-awtoritajiet fir-Rumanija żvelaw dettalji ta’ dak li qed jitqies attentat maġġuri sabiex jinterferixxi fl-elezzjonijiet presidenzjali tal-pajjiż permezz tas-sit TikTok u anke b’serje ta’ ‘cyber attacks’.
Is-servizz tal-Intelliġenza taar-Rumanija qal li jidher li dan kien ikkoordinat minn xi ħadd sponsorjat mill-istat.
Calin Georgescu, xettiku tan-Nato mill-lemin estrem u li anke kien faħħar lil Vladimir Putin, ma kienx magħruf fir-Rumanija qabel ma rebaħ l-ewwel rawnd ta’ votazzjonijiet fl-elezzjonijiet presidenzjali ħmistax ilu.
Issa l-Intelliġenza Rumena qed jattribwixxu din il-qabża sorprendenti fil-popolarità għall-kampanja organizzata ferm fuq il-mezzi soċjali fejn intużaw messaġġi identiċi u influencers l saru b’mezz li ma għaddewx mill-kontrolli neċessarji.
Din l-informazzjoni ħarġet eżatt qabel it-tieni rawnd ta’ votazzjonijiet f’dokumenti mhux klassifikati ppublikati lbieraħ filgħaxija mill-President uxxenti Klaus Iohannis. Dawn żvelaw kif kontenut imħallas b’sapport għal Georgescu kien imtella’ fuq TikTok mingħajr indikazzjoni li huwa relatat mal-kampanja elettorali b’vojalazzjoni tar-regoli tal-istess pjattaforma u anke tal-liġi elettorali tar-Rumanija. Kontenut ta’ kandidati oħra kien hemm aktar kontroll fuqu.
Georgescu dejjem iddikjara li qatt ma nefaq xejn fuq promozzjoni elettorali anzi nnega li qed jagħmel kampanja.
Iżda dawn id-dokumenti żvelaw account tat-TikTok fejn qed jgħidu saru $381,000 f’pagamenti f’xahar wieħed biss mill-24 ta’ Ottubru, lill-utenti li kienu qed jippromwovu lil Georgescu.
Minn naħa tiegħu Georgescu ddikjara li l-iżvelar ta’ dawn id-dokumenti kien attentat sabiex iwaqqgħu l-kandidatura tiegħu u nnega li jaf lil xi ħadd mill-influencers jew sponsors li ssemmew fir-rapporti.
Huwa qal li l-voti tan-nies urew li jridu kontinwazzjoni ta’ żvilupp lejn l-Ewropa. Filfatt illejla ġiet imsejħa protesta favur l-Unjoni Ewropea.
Dwar din il-protesta, Georgescu qal li aħjar kulħadd joqgħod id-dar mal-familja għax il-pajjiż għandu bżonn trankwillità soċjali u waqt il-protesta jista’ jiżviluppa l-inkwiet.