Il-Kunsilli Malti għas-sigurtà fit-toroq nieda inizjattiva sabiex aktar żgħażagħ isiru donaturi tad-demm.
Żgħażagħ li jkunu għaddew mill-eżami u kisbu l-liċenzja tas-sewqan se jingħataw formola mill-eżaminatur sabiex jekk iridu, isiru donaturi tad-demm.
Għaldaqstant, ic-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-sigurtà fit-toroq Pierre Vella, qal li flimkien ma’ Transport Malta u ċ-ċentru nazzjonali ta’ trasfuzzjoni tad-demm, ħarġu b’din l-inizjattiva.
Vella starr li “Kif int akkwistajt il-licenzja agħti data tiegħek biex int tmur tagħti demm. Xejn ta’ biflors kollox volontarju. Żgħażugħ jista’ jaħsibha”.
Pierre Vella żied li l-aktar li jkun hemm bżonn boroż ta’ demm huwa meta jinqala’ xi inċident, partikolarment inċident tat-traffiku.
Għaldaqstant, din l-inizjattiva hija mmirata sabiex tolqot iż-żgħażagħ sewwieqa ġodda sabiex filwaqt li jsuqu b’attenzjoni bis-sehem tagħhom, isalvaw ħajja.
Huwa stqarr li “Meta jkun hemm inċident u gravi ikun hemm priority biex isalva ħajja. Dan l-incident seta’ ġie evitat setgħa ma seħħx. Affarijiet oħra ma jsirux.
Bil-għan li aktar persuni jagħtu d-demm barra l-bini ta’ Transport Malta f’Ħal Lija intrama l-mobile blood donation unit sabiex aktar ħaddiema ta’ Transport Malta jagħtu d-demm.