Taħbita fuq il-bieb ta’ barra u mawra sal-vann tal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma li bħalissa qed idur il-lokalitajiet tagħna, kapaċi jraħsulek mill-kont tal-ilma.
Il-mobile unit huwa parti mill-kampanja Water- Be the change li l-Aġenzija ilha tmexxi minn Settembru li għadda.
Vanessa Vella, Uffiċjal mill-Aġenzija, spjegat li kulħadd jista’ jkun parti mill-kampanja u jingħata għodda mill-Aġenzija biex inaqqas il-konsum tal-ilma f’daru stess.
Hija qalet: “Din il-kampanja għandha tliet snin, u bdiet minn Settembru. Se nduru raħal raħal, jiġifieri nitolbu lin-nies jikkoperaw sakemm niġu r-raħal tagħhom u jiġbru l-kaxxa ż-żgħira u l-kit. Se nħabbtu dar dar biex jibda l-proċess u huma jkunu jistgħu jiffrankaw.”
Biex wieħed jiġbor l-għodda tiegħu irid jippreżenta biss il-voucher li jirċievi d-dar flimkien mal-kont tal-enerġija u l-karta tal-identità.
Vella spjegat ukoll kif kien ir-rispons mill-pubbliku s’issa għal din il-kampanja.
Hija sostniet: “Kien pożittiv, u urewna li anke huma qed jiffrankaw u kemm tgħallmu affarijiet ġodda fuq kif għandna nieħdu ħsieb din ir-riżorsa naturali tagħna f’Malta. Fl-istess ħin iż-żgħar u l-kbar qed jaraw li aħna li m’għandniex daqshekk riżorsa naturali tal-ilma, nieħdu ħsiebu b’affarijiet żgħar li nistgħu nagħmlu kuljum billi nitfu l-vit.”
Il-Ministru Michael Farrugia żar il-mobile unit fin-Naxxar u laqa’ b’sodisfazzjon din l-inizjattiva, li se teduka l-poplu aħjar fuq użu responsabbli tal-ilma.
Huwa qal: “B’dawn l-attivitajiet se nedukaw lill-poplu Malti u Għawdxi u nagħtuh l-għodda biex inaqqas l-użu tal-ilma u anke min ikollu problema u jaħseb li l-kont tal-ilma jiġih għoli, qed nagħtuh l-opportunità li neżaminaw is-sistema f’daru u naraw jekk hux ikun hemm ħela, u ngħinuh jiffranka.”
Biex wieħed jiġbor l-għodda tiegħu irid jippreżenta biss il-voucher li jirċievi d-dar flimkien mal-kont tal-enerġija u l-karta tal-identità.
Vella spjegat ukoll kif kien ir-rispons mill-pubbliku s’issa għal din il-kampanja.
“Kien pożittiv, u urewna li anke huma qed jiffrankaw u kemm tgħallmu affarijiet ġodda fuq kif għandna nieħdu ħsieb din ir-riżorsa naturali tagħna f’Malta. Fl-istess ħin iż-żgħar u l-kbar qed jaraw li aħna li m’għandniex daqshekk riżorsa naturali tal-ilma, nieħdu ħsiebu b’affarijiet żgħar li nistgħu nagħmlu kuljum billi nitfu l-vit.”
Il-Ministru Michael Farrugia żar il-mobile unit fin-Naxxar u laqa’ b’sodisfazzjon din l-inizjattiva, li se teduka l-poplu aħjar fuq użu responsabbli tal-ilma.
“B’dawn l-attivitajiet se nedukaw lill-poplu Malti u Għawdxi u nagħtuh l-għodda biex inaqqas l-użu tal-ilma u anke min ikollu problema u jaħseb li l-kont tal-ilma jiġih għoli, qed nagħtuh l-opportunità li neżaminaw is-sistema f’daru u naraw jekk hux ikun hemm ħela, u ngħinuh jiffranka” tenna l-Ministru Farrugia.