Bħalissa ħames plejers ta’ Oratory Youths FC għaddejjin b’kamp ta’ taħrig mal-akkademja ta’ Torino FC.
Dan kien possibli grazzi għal kollaborazzjoni li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar sentejn bejn iż-żewġ akkademji, jiġifieri dik ta’ Oratory Youths FC u Torino FC.
Alessandra, Clint, Giuseppe, Neil u Aiden flimkien mal-kowċ Raymond Attard għaddejin b’taħriġ ta l-ogħla livell fejn qed jagħmlu użu mill-faċilitajiet mill-aqwa li għadna l-akkademja ta’ Torino FC.
Tajjeb wieħed isemmi li dawn il-plejers ġew magħżula direttament mill-kowċis Taljani waqt wieħed mill-kampijiet ta’ taħriġ li saru fl-aħħar ġimgħat.
Il-plejers Maltin mistennija li jirritornaw lura f’pajjiżna aktar tard din il-ġimgħa.