L-iskwadra tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal ser tkun qed torganizza kamp ta’ taħriġ fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport bejn it-Tnejn 21 u s-Sibt 26 ta’ Settembru. Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Zeljko Anicic għażel skwadra ta’ 14 il-plejer filwaqt li għall-ewwel darba 9 plejers oħra li qed iħabtu l-bieb sabiex jingħaqdu mal-Iskwadra ser ikollhom l-opportunità jsegwu dak kollu li ser ikun qed jiġri f’dan il-kamp ta’ taħriġ. Dawn id-9 plejers qedin jiffurmaw parti minn dik li qed tissejjaħ bħala shadow squad.
Il-Kap tal-Futsal u Beach Soccer f’ħdan l-MFA Mark Marlow spjega l-kunċett tal-għażla ta’ 9 plejers oħra. Marlow sostna li l-iskwadra preżenti hija komposta minn plejers stabbiliti iżda fl-istess ħin iridu jħarsu lejn il-futur u huwa propju għalhekk li ġew magħżula dawn id-9 plejers oħra sabiex jambjentaw ruħhom fit-tim nazzjonali filwaqt li jkunu preparati għal futur. Filfatt dawn id-9 plejers ser ikunu qed jilgħabu żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra l-iskwadra primarja waqt lis-istess kamp ta’ taħriġ.
Dan il-kamp ta’ taħriġ ser ikun qed iservi ta’ preparazzjoni għaż-żewġ partiti ta’ ħbiberija lit-tim nazzjonali Malti għandu kontra Andorra f’Novembru u kontra Wales f’Diċembru qabel l-impenji internazzjonali matul is-sena 2021.
L-iskwadra magħżula hija din:
Goalkeepers
Clint Mifsud (Valletta Futsal), Stefan Vella (Luxol St Andrews Futsal), Brandon Debono (Valletta Futsal).
Players
Marrwan Telisi (Luxol St Andrews Futsal), Giancarlo Sammut (Luxol St Andrews Futsal), Jovica Milijic (Valletta Futsal), Melvin Borg (Valletta Futsal), Dylan Musu (Luxol St Andrews Futsal), Carl Azzopardi (Luxol St Andrews Futsal), Andy Mangion (Luxol St Andrews Futsal), Andrè Ciancio (Valletta Futsal), George Frendo (Valletta Futsal), Mark Zammit (Luxol St Andrews Futsal), Aaron Montebello (Swieqi Futsal).
Shadow Squad
Neil Cauchi (University of Malta Futsal), Denzil Pisani (Mellieħa Futsal), Matthew Attard (Luxol St Andrews Futsal), Kurt Bartolo (Ta’ Xbiex Futsal), Armando Gjepali (Mellieħa Futsal), Karl Sciortino (Swieqi Futsal), Stefan Camilleri (University of Malta Futsal), Cleaven Portelli (University of Malta Futsal), Ryan Gatt (Valletta Futsal).