Kamala Harris, uffiċjalment aċċettat in-nomina mid-Demokratiċi għall-President, fl-aħħar jum tal-Konvenzjoni Nazzjonali tad-Demokratiċi, f’Chicago.
Harris, qalet li hi se tmexxi għall-Amerikani kollha, sabiex toħloq ekonomija tal-opportunitajiet.
Fid-diskors tagħha, hija semmiet ukoll l-abort, l-għaqda nazzjonali, u l-aspirazzjonijiet tal-klassi tal-ħaddiema.
Hija ukoll appellat għall-waqfien mill-ġlied f’Gaża, iżda ma ndirizzatx direttament lid-dimostranti li kienu barra, li kienu qed jipprotestaw kontra l-pożizzjoni li addotta l-Istati Uniti – favur Iżrael.
Ir-rival ta’ Harris, ir-Repubblikan Donald Trump, permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, staqsa, għalfejn hi m’għamlet xejn fuq dak li qed tilmenta fuqu.
Minkejja li minn meta Harris tħabbret bħala n-nominata tad-Demokratiċi, dawn għamlu pass ‘il quddiem, kollox jindika li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni jkun wieħed qrib ħafna.