Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden ittrasferixxa l-poter lil Viċi-President Kamala Harris għal 85 minuta biss, sakemm hu kellu jitpoġġa taħt il-lopju u jidaħħal għal kolonoskopija, bħala parti minn testijiet regolari u ta’ rutina għal saħħtu.
Dan it-trasferiment tal-poter ifisser li Kamala Harris saret l-ewwel mara li assumiet ir-responsabilta’ ta’ President fl-istorja tal-Istati Uniti. Skont l-istorja politika, hija tiġa’ l-ewwel mara li qed tokkupa l-kariga ta’ Viċi-President.
Stqarriha li ħarġet mill-White House tgħid li t-trasferiment tal-poter sar fl-10:10am u ntemm fil-11:35am (ħin Amerikan), b’hekk Kamala Harris serviet bħala President tal-Istat Uniti għal siegħa u ħamsa u għoxrin minuta.