Tliet persuni mietu wara li ġġarraf helicopter, waqt operazzjoni tat-tifi tan-nar, f’Kalifornja, l-Istati Uniti.
L-inċident seħħ il-Ħadd, meta dawn ġew imsejħa għal din l-operazzjoni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Jirriżulta li ħabtu żewġ helicopters, b’wieħed jillandja mingħajr ma jiġġarraf, u l-ieħor li ġġarraf u qatel lil dawk kollha abbord.
L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.