L-istat ta’ Kalifornja iddikjara stat ta’ emerġenza wara li ġiet imħabbra l-ewwel mewt kawża tal-coronavirus. Biex issa l-Virus Covid-19 ħasad il-ħajja ta’ 11–il persuna fl-Istati Uniti. Huwa rraportat li hemm madwar 150 persuna infettata bil-coronavirus fl-istati uniti.
Intant mill-bieraħ bdew isiru t-testijiet għall-virus fl-istati uniti kollha. Flimkien ma Kalifornja, hemm ukoll Washington u Florida li wkoll iddikjaraw stat ta’ emerġenza.