Fl-aħħar sigħat, il-pumpiera bdew jissieltu ma’ nirien qawwija li ħakmu r-reġjun ta’ Kalabrija.
Partijiet minn Sqallija qed isofru wkoll minn qtugħ ta’ dawl hekk kif it-temperaturi għoljin ma naqsu xejn.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-aġenzija tal-protezzjoni ċivili ta’ Sqallija qalet li t-temperatura f’ċerti żoni fil-Lvant ta’ Sqallija telgħet għal 47 gradi celsius.
Timijiet ta’ pumpieri ġew imsejħa biex jassistu mir-reġjuni ta’ Kampanja u Lazio, kif ukoll minn Messina.