F’jum bħal tal-lum ma tonqosx it-turija tal-ġenerożità u l-qalb tajba li l-poplu Malti huwa tant magħruf għalihom.
Fosthom il-ħaddiema ta’ LOFT Cafe Malta, li bdew jagħtu kafè b’xejn lil dawk kollha fl-uniformi li taw l-għajnuna tagħhom fil-maltemp.
Ġest li żgur jiġi apprezzat hekk kif ħaddiema bħal Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, membri mill-Armata u kif ukoll it-timijiet tal-ambulanzi jaħdmu qatigħ f’jum bħal dan sabiex iwasslu l-aqwa servizz lill-poplu Malti u Għawdxi.