Kaċċaturi San Ubertu (KSU) ikkundannaw kaċċa fuq tajr protett u appellaw lil-qrati biex jagħtu l-aktar pieni ħorox għal minn jinqabad.
Listess Ċikonja Sewda li instabet, għaddiet minn fuq il-Buskett ftit tal-ħin qabel u membru tal-Kaċċaturi San Ubertu ħadilha ritratt.
KSU jappellaw lill-Pulizija biex jieħdu il-passi u jinvestigaw bir-reqqa il-persuna li l-Birdlife qalet raw jispara u jiġbor iċ-Ċikonja. “Anke jekk ma tinstabx evidenza sogħda, la kien hemm ix-xieghda, nistennew li jixdu il-qorti biex minn kiser il-liġi jigi ikkastigat kif xieraq” qalu l-kaċċaturi.
KSU jikkundannaw dak li sejħulu “estremizmu tal-Bird Life Malta” li qed titlob li jingħalaq l-istaġun.
“Anke jekk ma jammettux, il-Bird Life Malta jafu kemm inbidlu l-affarijiet, kif inbidlet il-mentalita’ tal-kaccatur, kemm naqset il-kacca illegali, u kif issa hafna mill kaccaturi japprezzaw l-ispettaklu tat-tajr u izommu mal-ligijiet. F’socjeta’ demokratika tistenna li ghal-azzjonijiet ta’ ftit ma ghandomx jigu ikkastigati il-kumplament. Il-ligijiet u il-multi qedin hemm biex jikkastigaw lil-minn jikser il-ligi, mhux lil minn josservaha”
KSU faħħret l-għaġir eżemplari tal-maġġoranza tal-kaċċaturi u tispera li dawk li-jiksru il-ligi jittellgħu l-qorti.