B’referenza għal petizzjoni li ressqet il-Membru Parlamentari Ewropew Anja Hazekamp biex titwaqqaf il-kaċċa fir-Rebbiegħa, l-Kaċċaturi San Ubertu fakkru li l-kaċċa fir-rebbiegħa ssir wara d-deċiżjoni li ttieħdet mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
Il-kaċċaturi spjegaw li din issir permezz ta’ applikazzjoni ta’ deroga kif inhu permess minn Direttivi Ewropej. Din il-petizzjoni ġiet deskritta mill-Kaċċaturi San Ubertu bħala “tal-mistħija” u qalu li membri parlamentari ewropej m’għandhomx jagħmlu pressjoni fuq pajjiżna rigward dak li huwa dritt ta’ Malta li tagħmel.
Il-Kaċċaturi stiednu lil Membru Parlamentari Ewropew Anja Hazekamp biex tiddiskuti magħhom dan is-suġġett, iżda stqarru li l-istedina tagħhom ġiet rifjutata.