Bħalissa f’Malta hawn minn tal-anqas żewġ qtajja’ Ċikonji. Intlemħu tmien ċikonji f’Malta u sitt oħra f’Għawdex.
L-għaqda Kaċċaturi San Ubertu qalet li f’Malta ċ-ċikonji ntlemħu f’diversi postijiet: fosthom: f’Tas-Sliema, il-Qrendi, l-Imtarfa, il-Mosta, Birkirkara, in-Naxxar u l-Għargħur.
L-Ornitoloġista Natalino Fenech qal li fuq wieħed miċ-ċikonji deher ċurkett u mill-informazzjoni li għandu jidher li din iċ-ċikonja ngħata ċ-ċurkett fil-Ġermanja, nhar il-5 ta’ Ġunju 2018. Is-Sur Fenech sostna din hija l-ewwel darba li ċikonja mill-Ġermanja ġiet Malta.
Filwaqt li Marcus Camilleri, Adrian Deguara u Eman Portelli li huma membri tal-għaqda Kaċċaturi San Ubertu, segwew mill-qrib liċ-ċikonji u rnexxielhom jeħdulhom bosta ritratti.