Kaċċaturi San Ubertu KSU ġew mgħarfa li instab Bies Prim (Peregrine Falcon) ferut fl’Imqabba miġbur min nies mħux mgħarufa.
Fi stqarrija l-Kaċċaturi sostnew “jekk dan l-incident huwa irrelatat ma’ tiri ta-senter il KSU tikkundanna inċidenti simili u tinsisti li tingħata l-piena massima. Minkejja li l-illeglitajiet simili naqsu xorta qed ikunu ta’ dannu għall-maġġoranza assoluta tal-kaċċaturi li josservaw il-liġi. Huwa fl’interess tal Kaccaturi li jgħaddu informazzjoni biex jinqabad min jabbuża lill-Pulizija”
KSU tfakkar li l-procedura biex tigi irrapurtata sejba ta’ għasafar feruti jew illegalità hi li wieħed iċempel lil Wild Birds Regulation Unit fuq 79770203 jew lil-Pulizija fuq free phone 119 u tittama li gew segwiti f’dan il-kaz.
Qalet li xi jiem ta’ din il-passa tal-ħarifa kienu eċċezzjonali għall-passa ta’ tajr tal-priza u l-illegalitajiet kwazi inezistenti. “Huwa tal-misthija li spettaklu bħal dan għandu jiġi mgħarraq min ftit nies li qatt ma’ misshom ingħataw licenzja tal-kaċċa”.