Ġiet sospiża sentenza ta’ ħabs li kienet ingħatat lil kaċċatur wara li kien instab ħati li spara u qatel ajka fl-2016 minħabba dubji jekk qatilx it-tajra protetta jew le.
Justin Chetcuti kien weħel sena ħabs, multa ta’ ħamest elef ewro u kellu l-liċenzja tal-kaċċa rivokata għal għomru b’rabta mal-każ. Filwaqt li fil-Qorti kienu ntwerew anke filmati tal-ajkla taqa’ f’għalqa wara li qalgħet it-tir, il-Qorti tal-Appell Kriminali qalet li għad hemm dubji raġjonevoli dwar jekk kienx Chetcuti li spara t-tir, anke jekk kien instab b’arma.
L-Imħallef Aaron Bugeja naqqas is-sentenza għal tliet xhur ħabs sospiżi għal sentejn. Naqqas ukoll bin-nofs il-multa li Chetcuti kien ingħata. Il-liċenzja tal-kaċċa tiegħu issa ġiet sospiża għal sentejn minflok għal għomru.