Antoine Fenech, kaċċatur membru tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) irnexxilhu jsalva fekruna komuni tal-baħar (Caretta caretta) mill-mewt, billi qatalha x-xlief li kienet weħlet miegħu. Dan waqt li kien qiegħed fl-inħawi tal-Ħofriet f’Delimara.
Aktar kmieni dan ix-xahar, il-FKNK għamlet appell intern lill-membri tagħha biex jissorveljaw iż-żona tar-ramla tal-Mixqua (Golden Bay), peress li fekruna simili kienet għamlet bejta fil-post matul il-lejl. Skond rapporti dokumentati, l-aħħar bejta ta’ din l-speċi, seħħet fl-1960, proprju fl-istess bajja.
Il-FKNK qalet li l-biodiversità għanda tkun salvagwardjata f’aspett ta’ konservazzjoni u fuq livell nazzjonali.