Żagħżugħ ta’ 23 sena tressaq il-Qorti wara li spara fuq tajr protetti.
Il-każ seħħ f’Novembru tal-2016 meta Justin Chetcuti mill-Mosta spara fuq ajkla. Bl-ajkla midruba niżlet eżatt quddiem karozza tal-Pulizija .
Filmat tal-voluntiera tal-Birdlife ġibed lill-ajkla tintlaqat minn tiri. Fil-filmat deher ukoll raġel mingħajr flokk b’arma tan-nar f’idejh.
Fil-Qorti Pulizija xehed kif marru fiż-żona Tal-Virtu wara li rċivew rapporti li kien hemm tliet ajkli jitajru fl-ajru. Meta marru fuq il-post raw il-voluntiera tal-Birdlife u semgħu xi tiri li kienu sparati lejn it-tajr protetti.
Il-Pulizija kellmu ukoll liż-żagħżugħ li deher fiż-żona u qed ikun allegat li hu huwa l-kaċċatur li spara fuq l-ajkla. Iż-żagħżugħ ċaħad li spara fuq l-ajkla.