Raġel ta’ 51 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li aċċidentalment intlaqat minn tir t’arma tan-nar waqt li kien għall-kaċċa ma’ raġel ieħor li għandu 30 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-08.40 fi Triq Ħal Tartarni, Ħad Dingli.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr I Farrugia LL.D li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.