Il-Qorti tal-appell bidlet sentenza ta’ ħabs għal waħda ta’ 6 xhur ħabs sospiżi għal sena, wara li nstema’ li mara kabbret il-kannabis biex tikkura l-anzjetà tagħha.
Marie-Claire Camilleri ta’ 40 sena kienet mixlija li fl-2014 kienet qed tkabbar ħaxixa tal-kannabis.
Id-difiża argumentat li meta t-tkabbir tal-kannabis isir f’ammonti żgħar u għall-użu personali wieħed m’għandux jingħata sentenza ta’ ħabs.
Fl-2015 l-Ispettur Nicholas Sant kien xehed li Camilleri kienet ċaħdet li kien hemm involuti persuni oħra u stqarr li t-tkabbir sar b’mod mhux professjonali.
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera nnutat li l-ewwel qorti kien laqgħet il-fatt li l-kannabis kienet għall-użu personali tal-akkużata. Il-kwistjoni kienet jekk kabbritx aktar minn pjanta waħda.
Il-Qorti tal-Appell qalet li l-Qorti Kriminali ma setgħetx tagħti sentenza ta’ priġunerija iżda kellha tirrikori għal sentenzi oħrajn.