L-għaqda mhux governattiva Step Up for Parkinson’s ħejjiet dokumentarju li se jkun qed jintwera fuq ONE fi żmien il-Milied li ta spazju lil persuni bil-kundizzjoni Parkinson’s Disease.
Natalie Muschamp spjegat li l-għaqda qed tippromovi ż-żfin baħal parti mit-terapija għall-Parkinson’s. Fil-fatt, mitejn persuna jingħataw għaxar klassijiet fil-ġimgħa li jgħinhom jiffunsjonaw aħjar fil-ħajja.
“Step up for Parkinson’s is a voluntary organisation that helps people with Parkinson’s and the carers through free specialized movement classes. We used to have 10 classes before covid and we are actually more like a family as attend dinners together and we also perform together”
Sfortunatament l-imxija tal-COVID-19 ħarbtet ħafna mill-pjanijiet li kellha din l-għaqda, hekk kif l-attivitajiet fiżiċi kellhom jieqfu u l-ħidma nqalbet għal waħda virtwali.
Il-produttur Fabrizio Fenech li ħadem fuq id-dokumentarju spjega l-għan ta’ dan id-dokumentarju li se jintwera fit-tnejn u għoxrin u fil-ħamsa u għoxrin ta’ diċembru fuq ONE.
“Bdejna vjaġġ mill-bidu tal-Parkinson’s u evolviet l-istorja kif l-għaqda baqgħet tikber u laħqu fuq 200 parteċipant u l-istorja tevolvi, nsiru nafu lin-nies u d-diffikultajiet sal-akbar diffikultajiet li qed jaffaċċjaw illum minħabba l-Covid-19.”