Rejd ġewwa l-Indoneżja wassal għal sejba mhux tas-soltu, dan wara li 125 għasfur eżotiku nstabu f’pajpijiet tad-drenaġġ.
Erbat irġiel ġew arrestati b’rabta ma’ dan il-każ. Jekk l-irġiel jinstabu ħatja hemm ċans li jeħlu sa ħames snin peiġunerija u multa ta’ madwar €6,300.
Il-Pulizija kkonfermat li għamlu sejba ta’ 84 għasafar tat-tip Eclectus Parrots u 41 white cockatoos f’pajpijiet tad-drenaġġ li kienu magħluqin bil-ħadid.