Dalgħodu, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana kienet involuta f’inċident minuri tat-traffiku fir-Rabat, Malta. Intqal dan fi stqarrija maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.
Hija kienet passiġġiera fi triqitha lejn konferenza tal-aħbarijiet, meta b’mod sfortunat vettura daħlet fil-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Il-Pulizija ssejħet fuq il-post biex twettaq il-proċedura normali tagħha.