Id-Deputat Justyne Caruana nħatret President tal-Kumitat Parlamentari dwar l-abbozzi tal-liġijiet. Hija nħatret ukoll Viċi President tal-Kumitat tal-Parlament.
Din il-ħatra saret wara li l-Ministru għas-Saħħa u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ressaq mozzjoni fil-Parlament.
F’mozzjoni oħra, id-Deputat Anthony Agius inħatar President tal-Kumitat Aġġunt dwar l-abbozzi tal-liġijiet u President tal-Kumitat dwar il-familja u l-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet.
Id-Deputat Joe Mizzi nħatar bħala President tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent filwaqt li d-Deputat Konrad Mizzi nħatar Kap tad-Delegazzjoni Maltija li tattendi l-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari tal-Għaqda dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni Ewropea.
Id-Deputat Jean Claude Micallef inħatar Kap tad-Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran u maħtur ukoll President tal-Affarijiet ekonomiċi u finanzi