Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau jinsab taħt pressjoni wara li l-eks Ministru tal-Ġustizzja żvelat dokumenti li jindikaw allegat każ ta’ tixħim.
Id-diretturi ta’ kumpanija Kanadiża li tipprovdi servizzi ta’ inġinerija u kostruzzjoni f’Montreal, qed jaffaċċjaw akkużi li xxaħħmu biex jirbħu kuntratti mal-Libja taħt ir-reġim ta’ Muammar Gaddafi.
Id-dokumenti ġew żvelati l-Ġimgħa u qed iżidu l-pressjoni fuq Trudeau – li tħabat għal diversi ġimgħat biex jevita l-konsegwenza tal-kontroversja.