“Il-Kanada taf li vuċi Ewropea effettiva fuq ix-xena dinjija mhix biss preferibbli – hija essenzjali”, qal il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau lill-MEPs fi Strasburgu.
Trudeau, li huwa l-ewwel Prim Ministru Kanadiż biex jindirizza l-Parlament Ewropew, enfasizza s-sħubija storika bejn l-UE u l-Kanada.
“L-Unjoni Ewropea hija verament kisba rimarkabbli, u mudell mingħajr preċedent għall-kooperazzjoni paċifika. Il-Kanada taf li vuċi Ewropea effettiva fuq ix-xena dinjija mhix biss preferibbli – hija essenzjali”, qal is-Sur Trudeau. “Id-dinja kollha tibbenefika minn UE b’saħħitha”, żied jgħid.
Fid-diskors tiegħu, Trudeau enfasizza l-benefiċċji li l-Ftehim Komprensiv UE-Kanada ekonomiku u kummerċjali (CETA). Dan ġie approvat mill-Parlament nhar l-Erbgħa. “Bis-CETA, flimkien bnejna xi ħaġa importanti. Xi ħaġa speċjalment importanti f’dan il-mument, fil-kontinent tagħkhom u tiegħi. Issa irridu naħdmu biex jiġi l-frott., għan-nies tagħkhom u tiegħi (…) L-aħjar għadu ġej”.